Pupazz naħseb qed naqbdek fuq frekwenza
Tini sinjal jekk vera huwa int
Ħerqan li nerġgħu ngħidu kelma, għax ilek seklu issa li sifirt
Hawnhekk l-affarijiet qajla nbidlu. Jinbidlu biss il-ħwejjeġ ma’ xiex niggranfaw
Mal-lejl qed nistenbaħ u nsib qalb imkeffna, biss ġieli iż-żerniq iġib xi raġġ ta’ dawl
Qed nimmaġinak, u taf li kważi qed narak
Fej’ tista’ tkun? Fej’ tista’ tkun?
Qed nimmaġinak, u kważi kważi qed narak
Fej’ tista’ tkun? Fej’ tista’ tkun?
Tan-nejk, qbadt tlaqt m’għidtlix li sejjer!
Kont niġi nwasslek, ngħannqek u ngħidlek ċaw
Nixtieq li nerġgħu niltaqgħu waħda, noħorġu libsin ikrah, noqogħdu nixkanaw
Kultant nitolbok ibgħat ġegħlni nħossok miegħi
Tħallinix miexi waħdi f’dan il-wiеd mudlam
Qed nimmaġinak, u taf li kważi qed narak
Fej’ tista’ tkun? Fеj’ tista’ tkun?
Qed nimmaġinak, u kważi kważi qed narak
Fej’ tista’ tkun? Fej’ tista’ tkun?
Qed nitilfek. Qiegħed nitilfek
Qed nitilfek. Qiegħed nitilfek
Qed nitilfek l-għażiż
Qed nitilfek. Qiegħed nitilfek
Qed nitilfek l-għażiż
L-ispazju li hemm bejnietna jkompli jżid o astronawta tat-tifrik