Irranġani

By Brodu

On Blu

Released on February 15, 2021

Thumbnail

Qatt ma kont naf nitlef

Falza l-umilta’

Ordomt il-mankament

Issa qed naqta’ nifsi

Il-ferita infettat

Niggranfa ma’ li nsib

Dit-tagħbija ġewwinija trid titbattal, trid tinħatt

Ebda Kristu, ebda alla ma ħareġ għonqu f’dal-kumbatt

Qajjem bniedem mill-mewt

Irranġani. Irranġani

Naf li inadekwat. Inkapaċitat

Irranġani. Irranġani

Naf li adekwat minix

Ejja fieq maġenbi nżomm idejk magħfusin

Forsi aħjar nillanja. Ix-xemx qed tgħammixni

X’se jibqa’ minni?

Dit-tagħbija ġewwinija trid titbattal, trid tinħatt

Ebda Kristu, ebda alla ma ħareġ għonqu f’dal-kumbatt

Qajjem bniedem mill-mewt

Irranġani. Irranġani. Irranġani. Irranġani

Irranġani. Irranġani

Mument miegħek u inħossni ħaj

Irrid inħossni ħaj