Released on December 1, 2023

Thumbnail

L-ewwel darba li lilek rajtek

U b'themiża malajr irbaħtek

Mhux se tibqa' aktar int waħdek

Titlaq żgur mhux se nħallik

B'idi f'idek niżfnu mar-ritmu

It-taħbit ta' qlubna nżidu

Ngħixu llum b'fiduċja rridu

Tagħna issa sibna t-triq

Kif tersaq lejja taqbadli jdejja

Ninsa l-imgħoddi u dak li kien kien

Tħares b'passjoni dirett ġo għajnejja

Fjammi jitkebbsu għall-isbaħ ġejjien

Bewsa agħtini fuq xofftejja

Għal dejjem ibqa' ħdejja

Fi ħdanek inkun f'ġenna tal-art

Ġmielek bħall-frotta barra żmienha

Twennisni f'kull tgħanniqa

Il-bewsa tiegħek tmelles il-qalb

Bħaċ-ċirasa ħelu dak kliemek

Mhux sigriet li jien tant nixtieqek

Nirien tqabbad meta nkun qribek

Ħajti kollha lest nagħtik

Jgħidu x'jgħidu lilek irridek

Għaliex domt żmien twil biex insibek

M'hemmx bżonn kliem

Mill-ewwel jien nifhmek

Kull sekonda ngawdik

Kif tersaq lejja taqbadli jdejja

Ninsa l-imgħoddi u dak li kien kien

Tħares b'passjoni dirett ġo għajnejja

Fjammi jitkebbsu għall-isbaħ ġejjien

Bewsa agħtini fuq xofftejja

Għal dejjem ibqa' ħdejja

Fi ħdanek inkun f'ġenna tal-art

Ġmielek bħall-frotta barra żmienha

Twennisni f'kull tgħanniqa

Il-bewsa tiegħek tmelles il-qalb

Bewsa

Bewsa

Bewsa agħtini fuq xofftejja

Għal dejjem ibqa' ħdejja

Fi ħdanek inkun f'ġenna tal-art

Ġmielek bħall-frotta barra żmienha

Twennisni f'kull tgħanniqa

Il-bewsa tiegħek tmelleѕ il-qаlb