Released on January 17, 2022

Thumbnail

[Verse 1]

Iljieli twal

Flimkien għaddejna konna tfal

Lgħabna f'dellijiet fid-dwal

Fraħna bl-ilwien

Li ħajjitna kienu mlew

Jitħalltu huma komplew


[Pre-Chorus]

B'maġija ħarist f'għajnejk nhewden li nkun ħdejk

Emmint li l-ħolm reali f'armonija (F'armonija)

Ma tafx kemm jien fik biss ħsibt u verse ta' mħabba ktibt

Għax inti tgħammex kull fjur u kull ġmiel


[Chorus]

Dis-sinfonija eku fil-widnejn

Dil-melodija tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn

Żgur jibqgħu jixhdu dawn l-għajnejn, dawn l-għajnejn

Qed ngħixu l-ħolma tagħna tnejn, tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn


[Verse 2]

Wiċċek leqqien

Li kompla sbieħ matul iz-żmien

Int l-isbaħ f'dan il-ġnien, mmh (Int l-isbaħ f'dan il-ġnien)

F'qalbi kont smajt

Dik l-għanja wens il-kenn

B'ħlewwa għamilt dan b'impеnn


[Pre-Chorus]

B'maġija ħarist f'għajnejk nhewden li nkun ħdеjk

Emmint li l-ħolm reali f'armonija (F'armonija)

Ma tafx kemm jien fik biss ħsibt u verse ta' mħabba ktibt

Għax inti tgħammex kull fjur u kull ġmiel


[Chorus]

Dis-sinfonija eku fil-widnejn

Dil-melodija tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn

Żgur jibqgħu jixhdu dawn l-għajnejn, dawn l-għajnejn

Qed ngħixu l-ħolma tagħna tnejn, tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn


[Bridge]

In-noti newwieħa

Saru ferrieħa

Ħriġna rebbieħa

Ma' kullimkien

Jidwi l-ħoss ġo qalbna

Minn issa sat-tmiem


[Chorus]

Dis-sinfonija eku fil-widnejn

Dil-melodija tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn

Żgur jibqgħu jixhdu dawn l-għajnejn, dawn l-għajnejn

Qed ngħixu l-ħolma tagħna tnejn, tagħna t-tnejn, tagħna t-tnejn


[Outro]

(Tagħna, tagħna, tagħna, tagħna t-tnejn, tagħna)

(Tagħna t-tnejn, tagħna)

(Tagħna t-tnejn, tagħna)

(Tagħna t-tnejn, tagħna tnejn) Tagħna t-tnejn

(Tagħna t-tnejn, tagħna)

(Tagħna t-tnejn, tagħna) Qed ngħixu l-ħolma tagħna tnejn

(Tagħna t-tnejn, tagħna)

(Tagħna t-tnejn, tagħna tnejn)

Tagħna t-tnejn